Santa Katarina


Santa Katarina twieldet l-Ixandra, l-Eġittu fis-sena 287 wara Kristu. Hi mietet martri fl-età tà sbatax-il sena taħt l-Imperatur Maxentius. L-imperatur kien ordna li Santa Katarina tiġi ttorturata u wara tefagħha l-ħabs mingħajr ikel biex tmut bil-ġuħ. Hi damet tnax-il ġurnata l-ħabs, matul dawn il-ġranet l-anġli kienu jmorru jfejqulha l-feriti u Alla kien jibgħatilha ħamiema bl-ikel kulljum. Wara dawn il-ġranet, l-imperatur riedha tiżżewġu imma hi ma riditx, allura qatilha billi qatalha rasha.