Ir-Robot

Darba waħda rċivejt rigal verament sabiħ. Dan ir-rigal kien robot uniku. In-nannu tahuli meta għalaqt tmien snin. Dan ir-robot semmejtu Miguel u jien nqatta ħafna ħin miegħu. Miguel għandu rasu forma ta' kaxxa, għandu sejf ġo żaqqu u ballun iffirmat minn Ronaldo. Miguel jista' jnaddaf, jagħmel ix-xogħol għad-dar miegħi u fih nista' nżomm l-oġġetti prezzjużi tiegħi. Peress li hu għandu ballun f'idejh nistgħu nilagħbu l-futbol meta jkolli ftit ċans.