Il-Magna taż-Żmien

Għodwa waħda jien u oħti, Danielle kien irnexxielna nidħlu fl-uffiċju tas-surmast. Meta bdejna nfittxu għall-karti tat-test rajna bieb moħbi wara s-siġġu tas-surmast. Ma kienx msakkar allura ftaħnieh u dħalna ġo kamra żgħira li kien hemm warajh.


Quddiemna rajna magna sewda, żgħira li kellha tliet turġien biex tidħol fiha. Dħalna ġo fiha imma għax kienet żgħira kellna niddefsu. Kien hemm buttuna kbira u ħamra. Danielle marret ħdejha u għafset il-buttuna! Imbagħad bdejt inħossni qed niċċaqlaq u wara għaxar sekondi waqafna. Jien ħriġt l-ewwel għax Danielle bdiet tibża' u rajt dar żgħira, kellha sular wieħed u ftit twieqi u kienet bajda. Imbagħad Danielle ħarġet u marret tiġri għall-bieb. Hi ħabtet il-bieb u smajna l-passi resqin lejna. Il-bieb infetaħ u kien hemm mara.

Il-mara qalet, "Bonġu, intom għalfejn qegħdin hawn u minn fejn ġejtu?"

"Bonġu! Jien Danielle u din oħti Eleni!" qalet Danielle. "Int min int?"

Hi qalet "Jiena Eleni wkoll! Kif jista' jkun?"

Jien bdejt naħseb u għidt, "Naf għalfejn! Għax aħna konna fil-preżent u ġejna fil-futur. Int jien imma meta nikber!"

Wara ftit aħna konna qedgħin ġod-dar ta' Eleni. Hi kellha fenka bajda u semmietha Bungee. Wara siegħa aħna kellna nitilqu u Danielle qalet, "Aħna rridu nitilqu issa. Imma nerġgħu niġu!" Morna ġol-magna taż-żmien u tlaqna. Imma żgur li konna se nerġgħu mmorru!