Il- Kamra Tas - Sodda



Il-kamra tas-sodda tiegħi hi kbira u nadifa tazza.Hemm kollox ordnat u fiha ħafna affarijiet.Issib siġġu jdur u skrivanija fejn nagħmel ix-xogħol tal-iskola.Fiha ħafna xkafef u ġugarelli. Fil-kamra issib ukoll televixin kbir. Jekk toħroġ fil-gallarija tara ġnien kbir u fil-gallarija għandi mejda żgħira b' żewġ pultruni u ħafna fjuri. Il- kuluri tal-kamra tas-sodda huma vjola u roża. Il- kamra hija mdawwla. Hija moderna u sabiħa. L-iktar ħaġa li togħġobni hi li fiha ħafna ġugarelli. Jien u oħti norqdu fl-istess kamra.Fil-kamra għandi librerija żgħira b'ħafna kotba interessanti.Issib ukoll kompjuter fuq l-iskrivanija.Jekk inbiddel xi ħaġa tkun il-gwardarobba biex ngħamilha ikbar.



Prosit ħafna Shione. Kemm tajt deskrizzjonijiet sbieħ. Ħassejtni qisni qegħda fil-kamra tiegħek. Irranġajtlek xi ftit affarijiet imma tant ma kienx hemm x`nirranġa li ħallejtomlok bl-iswed. Jekk trid tista`tagħmel dan ix-xogħol fil-publish online.