Ir-robot



It-tim tal-papa` jaħdem f’laboratorju tar-robots. M’ilux ivvintaw robot eżatt bħalna l-bnedmin.  Semmewh Peter u wara ħafna esperimenti kienu lesti li jlaqqgħu lil Peter man-nies.


Kien is-Sibt. Fl-aħħar waslet il-ġurnata li jien u l-familja tiegħi kelna immorru fil-ġnien nazzjonali biex missieri jurini r-robot kif kien wegħdni. Kont eċitat u fuq ix-xwiek biex nara r-robot il-ġdid. Kien metru u nofs twil. Kien magħmul mil-istejlestil. Kellu rasu u  żaqqu kwadri. Idejh kienu magħmulin minn pajpijiet ħoxnin tal-pjanċi.  Kellu saqajh tant twal li qabżu t-tul tiegħi u kien liebes żarbun enormi.  Skoprejt li kellu senser biex jevita milli jgħaffeġ lil xi ħadd.  Bqajt immeraviljat x’ħin għajnejja lemħu żewġ  pari saqajn qosra li fuqhom kien hemm miktub messaġġi ta’ paċi.  Kien kapaċi jinżel fuqhom sabiex jiġi livell tan-nies.  Kellu par għajnejn fuq wiċċu u par għajnejn oħra ileqqu u ċilesti ċari daqs il-kristall fuq in-naħa t’isfel ta’ żaqqu. Kellu ħafna ilwien jgħajtu iżda l-iżjed li spikkaw kienu il-kuluri oranġjo u aħdar.


Peter kien jaħdem bl-elettriku għax kellu ħafna bozoz iteptpu u kellu batterija kbira. Jaf jimxi, jispara, jitkellem, jaqbeż, jagħmel kutrumbajsa u jiżfen.  Huwa għandu ħafna programmi u buttuni.  Kapaċi jitkellem bil-Malti, Polakk,Taljan u Ingliz. Għalkemm għandu ħafna buttuni l-unika ħaġa li ma jistax jagħmel huwa jiġri. Kemm ħadt gost narah jiċċaqlaq.  Kelli  l-opportunita’ li nsuqu bir-remote-control. Minn dakinhar ' l hawn stajt inżuru kull ġimgħa.


Biex nirringrazzja lil papa’ li laqqagħni

ma’ Peter, għamiltlu kartolina kbira. 

U tafu xiex? Peter iffirma fiha wkoll!!!


 

Grazzi papa’