Meta mort ġurnata l-baħar


Kien is-sibt, ġurnata sħuna t'Awwissu. Ix-xemx kienet taqli l-ankri. Il-ġenituri ddeċidew li mmorru ġurnata l-baħar.


Jien kont pronta u għidtilhom biex immorru l-bajja sabiħa t'Għawdex li hi r-Ramla l-ħamra. Għalkemm ommi tiddejjaq fir-ramel xorta qablet miegħi u bdiet tipprepara biċċtejn ħobż tal-Malti frisk. Dan jinżel għasel ħdejn il-baħar. Lestiet ukoll kaxxa frott u ilma kiesaħ.


Kif wasalna ilbisna beritta u dlikna l-krema tax-xemx. Jien u ħija bdejna nibnu t-torrijiet bir-ramel. Wara ftit inżilt ġol-baħar. Għal-ewwel kien kiesaħ silġ imma wara ftit sar sħun banju! Missieri niżżel il-kenura u tlaqna dawra max-xatt. Meta ħriġna 'l barra rajna ftit bram u bdejna naqbduhom bil-kopp. Waqafna ftit għal mistrieħ imma bdejna deħlin lura għax kien għadda ftit ħin mhux ħazin.


Fuq il-bajja kienu jidhru n-nies ta' salvataġġ u ħafna nies jixxemxu u tfal jilgħabu fir-ramel u bil-blalen fil-baħar.


Tlajna fuq ir-ramel u kilna l-ħobż u l-frott għax kellna ħafna ġuħ. Ridna nixtru ġelat u missieri mar jixtrilna minn vann li kien hemm fil-qrib. Konna għajjenin ħafna u ddeċidejna li mmorru lura d-dar.


Kemm ħadt gost f'din il-ġurnata l-baħar! Qed nittama li ma ndumx ma nerġa mmur.