Istruzzjonijiet biex tagħmel ftira tajba






  1. Sabiex tagħmel ftira tajba għandek bżonn : ftira friska, kunserva, tonn taż-żejt, żebbuġ, ġbejna tal-bżar, żejt, sikkina, plattina u mgħarfa.
  2. Uża s-sikkina biex taqta' l-ftira minn nofs.
  3. Bis-sikkina dellek il-ftira bil-kunserva u ferra ftit żejt ma' naħa waħda tal-ftira.
  4. Ferrex ftit tonn taż-żejt u mgħarfa żebbuġ ma' naħa waħda tal-ftira.
  5. Il-ġbejna aqtagħha bis-sikkina u zidha ma' il-ftira ma l-ingredjenti l-oħra.
  6. Agħlaq il-ftira billi tqiegħed in-naħa l-vojta fuq il-biċċa bl-ingredjenti u bis-sikkina aqtagħha minn nofs u poġġijha fuq plattina.
  7. Kul il-ftira bil-mod ħalli tkun tista' dduq kull ingredjent bnin!




Michael Gauci

Yr 6.1 Red