X' inhu l- Milied?









Il-Milied hu ċċelebrat fil-25 ta' Diċembru. L- insara jiċċelebraw din il-festa għax Alla bagħat lil ibnu l-waħdieni biex isalvana mid- dnub.

Bħala tradizzjoni f'lejliet il-Milied issir il-purċissjoni tal-Bambin. Wara l-purċissjoni n- nies jattendu l-quddiesa ta' nofsillejl. Waqt il- quddiesa ta' nofsillejl issir il-prietka tal-Milied. Il-prietka issir minn tifel jew tifla li jagħmlu xhur jitgħallmu x'għandhom jgħidu.


Fil-bidu ta' Diċembru l-insara jibdew id- dekorazzjonijiet fid-djar u anke ma' barra tad-djar. Hemm siġra tal-Milied li tkun mżejna b'dawl iteptep sabiħ u kkulurit u tkun mżejna boċċi kull lewn u daqs. Insibu l-presepju li hu għar li fih twieled Ġesu' u miegħu jkun hemm Marija u San Ġużepp.


Fil-Milied ħafna familji jippreparaw l-ikla tal-Milied. Bħala tradizzjoni ħafna jsajru d- dundjan u patata. Ħelu tradizzjonali nsibu l- bastun taz-zokkor u l-qagħaq tal-għasel. Il-qagħaq tal-għasel jagħmluh forma ta' ċirku u mimli bl-għasel u ħafna ħwawar.


Dawn it-tradizzjonijiet huma importanti għax ifakkru meta twieled is-sultan tagħna. Il- Milied ifisser ferħ, għaqda u paċi.