Jiena kont ilni ħafna nistenna din is-safra, kienet l-idea tal-papa' li mmorru Dubai. Fl-aħħar wasal Settembru, jiena u l-familja tiegħi qomna kmieni filgħodu. Morna dritt l-ajruport.

Safra mill-aqwa!

L-ajruport kont eċitat ħafna. Meta rajt l-ajruplan bqajt iċċassat, kien enormi. Meta dħalna poġġejna u jien, il-mama' u papa' konna qed naraw film fuq televiżjoni żgħir u ħija kien qed jilgħab fuq it-televiżjoni ukoll. Meta wasalna Dubai kien filgħaxija allura rqadna. Kif qomna filgħodu ħarist mit-tieqa kien hemm xemx taqli l-ankri. Ħadna l-kolazzjon, fejn kien hemm ikel Ċiniż, Indjan u ħafna aktar. Ġol-lukanda Atlantis kien hemm akkwarju kbir. Kien hemm ħafna tipi ta' ħut. Il-pixxina tal-lukanda tant kienet kbira li darba minnhom għomejt mad-dniefel.


It-tieni ġurnata morna park tal-ilma. Hemmkekk ħadt ħafna gost. Kien hemm ħafna żrieżaq tal-ilma. Ħaġa li ħadt gost nagħmel meta konna npoġġu ġo ċirku jintefaħ u joħodna mal-kurrent ġo xmara. Morna ċentru tax-xiri. Bqajt skantat li ġoċ-centru tax-xiri kien hemm akkwarju enormi. Morna wkoll park jismu Motion Gate. Tlajna fuq ħafna rikbiet differenti, iżda l-iktar waħda li għoġbitni kienet ta' Kung Fu Panda għax tgħidx kemm kienet eċitanti. L-avventura l-oħra li nibqa' niftakar kienet meta morna fid-deżert fejn saquna minn fuq id-duni tar-ramel. F'din il-vaganza għamilna hafna affarijiet, imma xi darba kellha tispiċċa!


Din il-vaganza mhu ħa ninsiha qatt daqs kemm iddevertejna. Mingħajr dubju nixtieq nerġa' mmur fil-futur qarib.