VJAĠĠ FUQ TAL-LINJA

Kienu id-dar u l-mama qaltli 'Trid tmur Marsaxlokk?' 'Ok' jien għidt. Konna qed nistennew tal-linja. Kien hemm il-ħabiba tiegħi. Konna nitkellmu għal għoxrin minuta. Wara ħmistax -il minuta kien hemm in-nanna tieghi. Kont fuq il-mowbajl. Wara ftit li kont qeghda nitkellem mal-ħabiba tiegħi. Qtajt il-linja u mort fejn in-nanna għax kien hemm post vojt.

In-nanna bdiet tirrakonta fuq il-bini antik, kemm kienu żgħar u sbieħ, u kien jaraw ħafna annimali ġħaddejjin bħal baqar u mogħoż għax il-bdiewa kienu joħorġuhom fit-toroq. Wara ftit tal-linja wafqet għax kien hemm ħafna korozzi. Kif wasalna Marsaxlokk in-nanna bdiet tirrakkonta fuq is-sajjieda ta' qabel. Għax qabel ix-Xlukkajri kważi kienu kollha sajjieda, kont tarahom deħlin u ħerġin il-ħin kollu. In-nanna qalti ukoll li Marsaxlokk kien raħal żgħir. Kif wasalna fuq il-venda nzilna minn fuq tal-linja.In-nanna qaltina li sejra tixtri il-ħut frisk.U jiena tajtha bewsa morna fuq il-monti.