Il-Magna taż-żmien

Darba waħda jiena u l-kuġin Kyle konna qegħdin fi-kamra tal-kotba tan-nanna. Din il-librerija fiha minn kull tip ta' ktieb. Iżda għajnejna waqgħu fuq ktieb stramb.

Dan il-ktieb kien kbir u tqil. Kellu qoxra ħamra imma daqs kemm kien antik it-titlu tiegħu kien ċċara ħafna. Qabbadna l-kurżita' u ftaħnieh. Minnu ħareġ dawl qawwi li jgħammex l-għajnejn. Inħsadna u ġisimna qam xewk xewk. Għalaqnieh minnufih iżda kif ftaħna għajnejna ħadna sorpriza.

X'waħda din! Ma konniex fil-librerija tan-nanna iżda f'kamra antika ħafna mimlija għamara antika u inkwatri ta' nies lebsin ta' suldati. Qbadna ngħajtu u nwerżqu għax konna mbeżża' F'daqqa waħda daħal raġel twil ħafna, liebes ġlekk aħmar u qalżiet abjad. Kien qisu suldat.

Staqsejnieh "Min inti u fejn qegħdin?" Qalilna li qegħdin fis-sena 1920. Stagħġibna! Kif jista' jkun morna lura 100 sena. Dan ir-raġel qalilna biex mmorru miegħu fil-palazz.

It-temp kien xemxi. Kemm kien differenti l-pajjiż. It-toroq ma kinux miksija bit-tarmak u kien hemm ħafna aktar għelieqi u siġar. Għalina xejn ma kien normali u kollox deher stramb. Dħalna ġo palazz kbir ħafna. Naħseb kien il-palazz ta San Anton imma daqs kemm kont mifxula ma stajtx nagħrfu sew.

Kif dħalna laqgħana r-re u staqsiena għalfejn konna hemm. Għidnilu l-istorja tal-ktieb u qalilna li dak kien ktieb maġiku li hu magna taż-żmien. Staqsejnieh kif stajna mmorru lura d-dar għax il-ktieb kien għadu fil-librerija tan-nanna.

Qalilna li biex jagħtina l-magna taż-żmien, kellna biċċa xogħol x'nagħmlu. Riedna nieħdu ħsieb arloġġ antik għal ġurnata sħiħa. Ma konniex nafu x'kien dan l-arloġġ imma qgħadna b'seba' mitt għajn li ma jiġrilu xejn.

L-għada filgħodu l-re daħħalna ġo librerija kbira u tana l-ktieb. Din id-darba kien ġdid b'titlu tad-deheb jidher ċar....IL-MAGNA TAŻ-ŻMIEN tieħdok mitt sena lura.

Min kien jobsor li ktieb setgħa jkun maġiku!