Dakinhar li ntlift


















Sentejn ilu jien u l-ġenituri tiegħi konna morna biex niċċelebraw is-sena li ġejja l-Belt Valletta. Kien hemm folla kbira u tgħidx kemm ħadna pjaċir imma kien ġara xi ħaġa li se nibqa' niftakarha għal dejjem.


Konna qeġħdin inkantaw mal-mużika kif daqq nofs il-lejl u f'daqqa waħda lil ommi u missieri ma rajthomx aktar. Tani ferħ ta' ġenn kbir. Bdejt ngħajjat isimhom biex forsi jisimgħuni u x'ħin ma ġewx ħdejja imsarni niżlu f'saqajja. Qalbi bdiet tħabbat sitta sitta u ma kontx naf x'ħa naqbad nagħmel. Wara ftit rajt grupp ta pulizija u mort ngħidilhom x'ġara u mil-ewwel ġew jgħinuni.


Jien bqajt magħhom u bdejna nfittxu lill-ġenituri tiegħi u bdejt nieħu naqa ruħ. Wara ftit jien rajt lil ommi u lil missieri ftit il-bogħod minnha. Għidt lill-pulizija u ħaduni ħdejhom. Kont ferħan se ntir u dmugħ beda jċarċar ma ħaddejja.


Mal-ewwel morna d-dar għax ma ridniex li jinqala xi ħaġa oħra. Alinqas kollox għadda b'wiċċ il-ġid. Dik kienet l-aħħar darba li morna ġo folla nies għax ommi baqgħet tibża ħafna.