Peter u Karl kienu fl-għalqa tan-nannu. Huma bdew jilagħbu u jiċċajtaw goff. In-nannu waqqafhom ħafna drabi imma t-tfal ma ridux jisimgħu. F'daqqa waħda ġara li Peter waqa' u ħabat rasu u weġġa' ħafna u beda jibki. Karl inkwieta ħafna għal Peter imma kien kollu għalxejn għax bħalma jgħidu, wara d-daħk jiġi l-biki.