Maltempata kbira

Kien is-Sibt filgħodu. Meta qomt mis-sodda kienet kesħa xxoqq l-għadam. Għalhekk ilbist ħwejjeg ħoxnin ħafna.




Jien mort nieħu l-kolazzjon. F'daqqa waħda waqa' dlam ċappa u nfetħu bibien is-sema. Jiena mort nigri nittawwal mit-tieqa u rajt xita nieżla bil-qliel.




Jien smajt is-sajjetti jfaqqgħu, u nħsadt meta smajt ir-ragħad ikarwat. Ir-riħ beda jvenven b'qawwa kbira. Jien mort nitgeddes fuq is-sufan u tfajt fuqi kutra ħoxna. Tgħidx kemm bdejt nibża' għax tidher li kienet maltempata kerha.



Sabiex jgħaddi l-ħin qagħadt naqra ktieb. Vera kien interessanti. F'daqqa waħda nqata' d-dawl. Tant bżajt li msarni niżluli f' saqajja. Ma tantx domna fid-dlam, għax wara siegħa gie d-dawl. Jien ħadt ir-ruħ.




Fl-aħħar il-maltempata bdiet tnaqqas. Xi ġmiel ! Qawsala kollha lwien feġġet fis-sema ! Jien kont kuntenta li kollox għadda b' wiċċ il-ġid.