Il-qattusa



Kont wara t-tieqa nara x-xita nieżla. Fuq il-



bankina nilmaħ qattus żgħir mitluq u mxarrab għasra.



Jien għidt lill-ġenituri bih u huma ħallewni ngħinu u daħħaltu ġewwa. Sirt naf li kienet qattusa. Jien nixxiftha għax bdiet tħoss il-bard u sabiex ma xxarrabx ġewwa d-dar u tgħajjat miegħi ommi u tkeċċini 'l barra bil-qattusa b'kollox. Ftaħt il-friġġ u rajt koxxa ta' tiġieġa u tajthielha. Xorbot ftit ħalib u raqdet fuq is-sodda tiegħi. Attejtha sewwa biex tkun komda. Irqadt ħdejha u xħin qomna qagħdna nilagħbu. Ħadna ħafna gost.



Minn dakinhar stess sirna ħbieb ta' vera. Fejn kont



immur noħodha miegħi biex ma tkunx waħida.