Jien Triq ir-Reppublika

Jien Triq ir-Reppublika u jiena t-Triq prinċipali tal-Belt! Jien għandi żewġ ġirien li huma triq san Ġwann u Triq Elmo Place. Biex ngħidlek kollox, żgur aħjar minnhom jien! Jiena triq sabiħa, unika, kbira u popolari!


Filgħodu jkun hemm elfejn ta'nies jimxu jew sejrin jixtru u kulħadd ifaħħarni! Billejl ikun hemm nies imma mhux daqs ta filgħodu! Jiena nħobb il-bini kollha u m'hemmx wieħed li jdejjaqni. Billejl tgħidx kemm inkun mixgħula u sabiħa u ħafna familji u ħbieb jiġu jieklu. Il-Bini favorit tiegħi huwa il-'Mc Donalds' għax ikun hemm ħafna tfal ferħanin! Ikun hemm grupp ta' nies li jiġu jnaddfuni bilejl darbtejn fil-ġimgħa li huma It-Tlieta u Is-sibt filgħaxija. Meta jitilqu n-nies nibda ngħid,'Miin jaf x'se jiġri għada..' Qatt ma taf x'se jiġri!



Kollha sbieħ il- ġranet tas-sena hawn imma l-aktar f'Awwissu għax ikun hawn aktar nies u jkun bnazzi ħafna! Ismi naf li hu sabiħ imma kieku xi darba bil-fors irrid nibdel ismi...għandi ħafna x'nagħżel imma dan il-favorit tiegħi! Triq Widnet il-Baħar! Kieku ngħidilkom kollha ndumu sena jew forsi aktar!

Ftit Ritratti Tiegħi❤🎉