VJAĠĠ FUQ TAL-LINJA

Is- Sibt li għadda, jien u l-familja ddeċidejna li mmorru sal-bandli b'tal-linja. Qbadna tas- sebgħa ta 'filgħodu. Poġġejt fuq siġġu u qgħadt nistennew.


Peress li kien filgħodu, tal-linja kienet qed iddum ħafna. Kien hemm ħafna nies biex imorru x-xogħol. Bdejt nisma' ħafna nies jitkellmu u jieklu. Jien qgħadt inħares mit-tieqa u bdejt nara ħafna fjuri fl-art. Il- kulur tagħhom kien aħmar.


F' waħda mill-waqfiet tela' raġel fuq tal-linja. Waħda mara ċedietlu postha u dar-raġel poġġa ħdejha. Beda jgħidilha dwar kif kienet il- Belt fl-antik u x'kien jiġri fl-antik. Tgħallimt dwar il-ġmiel fil-Belt Valletta.


Wara erbgħin minuta wasalna l-Belt. Jien ħassejtni vera anzjuż li ħa nara ħafna affariejiet. Nixtieq li dak ir-raġel jerġa jiġi miegħi għax kieku nieħu iktar gost miegħu.