Mixja










Is-Sibt li għadda ma kontx naf x ser naqbad nagħmel u bgħatt messaġġ lil kuġinuwi forsi mmorru nimxu ftit. Mill-ewwel aċċetta u fthemna biex fl-erbgħa u nofs niltaqgħu fejn il-venda taż-Żejtun.


Fl-erbgħa u nofs bumm tlaqna u bil-mod il-mod spiċċajna Dellimara. Kif rajna l-baħar bdejna naħsbuha naqbżux xi qabża sabiex niffriskaw ftit. Bqajna mexjin u f'daqqa waħda smajna lil xi ħadd jgħajjat. Kif ħarisna rajna liz-ziju jgħum. Resaq lejna u staqsiena jekk hux ħa ngħumu. Kif qalilna hekk, ma ħsibnijiex darbtejn għax tfajna l-affarijiet fil-basket taz-ziju u spiċċajna ngħumu flimkien.


Fit-tmienja wassalna z-ziju d-dar bil-karozza u tlajt ninħasel. Tant kont għajjien li rqadt raqda fonda sa filgħodu.