Darba waħda jien kont il-Buskett u smajt ħoss ta ħorn ta'trakk kbir idoqq. Jien mort iktar viċin biex nara x'kien qed jiġri u ma kontx nista' nemmen x'rajt!


Jien rajt mostru kbir. Kellu erba' saqajn, par għajnejn kbar, denb oħxon u twil u fuq dahru kellu ħafna xewk. Jien iddeċidejt li nsemmih Klombo.


Kien qed jipprova jsib l-ikel. Hu qalli li kien irid it-tut. Jien sibt mezz kif inġiblu ftit għax l-aħħar li kont il-Buskett kont rajt siġra. Meta ġibthomlu lura hu ħatafhom u kielhom bil-qalb. Wara mar isib post fejn kien għaddej l-ilma frisk biex jixrob.


Jien għedtlu li kien sar il-ħin biex immur id-dar. F'daqqa waħda hu resaq lejja u tbaxxa u stedinni nitla fuq dahru. Lanqas tani ċans ngħidlu fejn noqgħod għax għal xi raġuni diġa kien jaf it-triq.


Meta wasalna d-dar ommi qaltli li diġa kont iltqajt miegħu dan il-mostru meta kont żgħir. Dak iż-żmien kont ridt inżommu magħna imma ma kellniex post u kellna neħduh lura fil-Buskett. Meta smajt hekk kelli idea. Kont se nibnilu post fejn jista' joqgħod moħbi. Hemmhekk għamilt ħafna ikel u ilma biex jibqa' ħaj u bieb żgħir biex meta rrid jien, nista' nidħol u nilgħab miegħu.

Ħlejqa